REGOLAMENTI |
|
| 1. | Il-Malta Shipyards Sports & Social Club (M.S.S.S.C.), is-Sibt, 12 ta' Lulju 2008, sejjer jorganizza id-19 il-edizzjoni tal-Malta Shipyards Singers' Contest, Konkors ghall-kantanti Maltin li jinterpretaw kanzunetti miktuba minn awturi u kompozituri Maltin. Il-versi tal-kanzunetti jistghu ma jkunux bil-Malti. | |||||||||||||||||||||||||||
| 2. | Il-kanzunetti mhux bil-fors li jkunu godda, izda dawn ma jridux ikunu gew interpretati fl-edizzjoni tas-sena ta' qabel, f'dan il-kaz it-18 il-edizzjoni tal-Mata Shipyards Singers' Contest. (Ara l-lista mehmuza.) | |||||||||||||||||||||||||||
| 3. |
Il-Konkors li generalment isir fuq zewg serati, huwa miftuh ghal hames kategoriji ta' kantanti:- |
|||||||||||||||||||||||||||
|
(a) Kantanti li jkollhom 5 snin, izda ma jkunux ghalqu 8 snin. (b) Kantanti li jkollhom 8 snin, izda ma jkunux ghalqu l-10 snin. (c) Kantanti li jkollhom 10 snin, izda ma jkunux ghalqu t-12 il-sena. (d) Kantanti li jkollhom 12 il-sena, izda ma jkunx ghalqu l-15 il-sena. (e) Kantanti minn 15 il-sena l-fuq. |
||||||||||||||||||||||||||||
| 4. | L-eta' tal-kantanti hija bbazata fuq id-data tal-Konkors, jigifieri l-12 ta' Lulju 2008 | |||||||||||||||||||||||||||
| 5. | Bis-sahha ta' regolarment numru 27, l-etajiet tal-kategoriji jistghu jinbidlu skond l-esigenzi. | |||||||||||||||||||||||||||
| 6. | Fis-serata finali, f'kull kategorija, jiehdu sehem tmien (8) kantanti. | |||||||||||||||||||||||||||
| 7. | Fl-applikazzjoni li l-kantanti jibghatu biex jiehdu sehem fil-Konkors, jekk ikun il-kaz, iridu jaghtu wkoll taghrif dettaljat dwar minn ikun ser jikkumpanjahom. Ikunu jridu jinkludu wkoll kopja tac-certifikat tat-twelid. | |||||||||||||||||||||||||||
| 8. | Jistghu jiehdu sehem ukoll gruppi ta' kantanti ta' etajiet differenti. Kull grupp jigi ammess fil-kategorija skond l-eta ta' l-akbar persuna fil-grupp. | |||||||||||||||||||||||||||
| 9. | Jigu ppremjati: | |||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||
| 10. | Il-kantanti jista' jkollhom kor jikkumpanjahom. Dawn il-kantanti jigu ammessi fil-kategorija skond l-eta ta' l-akbar persuna. Din il-persuna tista' tkun il-kantant/a principali jew xi membru tal-kor. | |||||||||||||||||||||||||||
| 11. | Il-kanzunetti jigu nterpretati b'akkumpanjament muzikali preferibilment fuq CD (compact disc) u b'MC (music cassette) bhala back-up li jigi pprovduti mill-istess kantanti. | |||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||
| 12. |
|
|||||||||||||||||||||||||||
| 13. | Wara d-data ta' l-eghluq ta' l-applikazzjonijiet, l-ebda kanzunetta ma tkun tista' tinbidel. | |||||||||||||||||||||||||||
| 14. | L-applikazzjonijiet ghall-partecipazzjoni jigu milqugha sa' nhar il-gimgha, 11 ta' April 2008 f'nofs in-nhar. Ghall-ebda raguni ma jigu milqugha applikazzjonijiet li jaslu wara d-data tal-gheluq. Dawn iridu jaslu bl-idejn jew bil-posta ghand: | |||||||||||||||||||||||||||
|
Nicholas Balzan Segretarju Malta Shipyards Sports & Social Club Malta Shipyards Bormla. |
||||||||||||||||||||||||||||
| 15. | Biex applikazzjoni tkun valida trid tkun dik preskritta u tkun mimlija bid-dettalji kollha. Ma' l-applikazzjoni l-kantanti jinhtieg li jibaghtu:- | |||||||||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||||||||||
| 16. | Ma jigux accettati kanzunetti b'versi li jkunu ta' natura politika jew immorali. Il-Kumitat tad-M.S.S.S.C. jista' jeskludi kantanti milli jiehdu sehem minhabba nuqqasijiet ta' natura gravi. | |||||||||||||||||||||||||||
| 17. | Il-kantanti li ma jkunux prezenti fil-hin li jkun imisshom ikantaw jigu skwalifikati. Dan jghodd kemm ghall-ewwel serata, kif ukoll ghas-serata finali. | |||||||||||||||||||||||||||
| 18. | Il-gurija ta' l-ewwel serata u tas-serata finali tkun komposta minn persuni esperti fil-qasam muzikali u vokali. Il-gurija tkun assolutament indipendenti mill-organizzazzjoni u d-decizjonijiet taghha jkunu finali w inappellabbli. | |||||||||||||||||||||||||||
| 19. | L-Unjoni Kompozituri, Awturi u Kantanti (U.K.A.M.) tigi mistiedna tibghat osservatur mal-gurija ta' l-ewwel serata u tas-serata finali. Ir-rapprezentant tal-U.K.A.M. ma jindahalx fl-ghoti tal-voti, izda ghandu d-dritt li jiccekkja l-ghadd taghhom. | |||||||||||||||||||||||||||
| 20. | Dawk il-kantanti li wara l-Konkors, personalment jew permezz ta' persuni ohra, jikkontestaw mal-gurija jew ma' l-organizzaturi r-rizultat tal-votazzjoni, jistghu ma jithallewx jiehdu sehem f'edizzjoni ohra jew aktar tal-Konkors. | |||||||||||||||||||||||||||
| 21. | Min-naha l-ohra, kull min ikollu provi cari (u mhux sempliciment suspetti nfondati) li xi membru tal-gurija jew xi hadd mill-organizzaturi ma mexiex bil-gustizzja, ghandu jressaq l-ilmenti bil-miktub lill-U.K.A.M. Din tinvestiga l-kaz u tiehu l-passi mehtiega bl'akbar serjeta u responsabbilta'. | |||||||||||||||||||||||||||
| 22. | Il-kompozituri, awturi u kantanti (f'kaz ta' persuna taht l-eta', il-genituri) huma responsabbli personalment li jiehdu l-prekawzjonijiet kollha biex ma jkunx hemm ksur tal-copyright, ghalhekk jintrabtu li jindemnizzaw lill-membri tal-Kumitat tal-M.S.S.S.C. li ma jzommux ruhom responsabbli ghall-ksur tat-tali ligi. | |||||||||||||||||||||||||||
| 23. | Il-kantanti (jekk taht l-eta', il-genituri taghhom) huma responsabbli li jkollhom l-permessi mehtiega minghand l-awturi u l-kompozituri tal-kanzunetti li jkunu ser jinterpretaw. | |||||||||||||||||||||||||||
| 24. | Il-Konkors, ghad-19 il-sena konsekuttiva, qieghed jigi organizzat b'rizq "Ir-Razzett tal-Hbiberija", Wied il-Ghajn - centru ta' rekrejazzjoni u terapija ghall-persuni bi bzonnijiet specjali. Il-kantanti huwa gentilment mitluba jghinu fil-gbir ta' donazzjonijiet b'rizq "Ir-Razzett tal-Hbiberija" u billi jhajru aktar nies jattendu ghaz-zewg serati. | |||||||||||||||||||||||||||
| 25. | Dan il-Konkors qieghed jigi organizzat bl-approvazzjoni tal-U.K.A.M. | |||||||||||||||||||||||||||
| 26. | Jekk ikun mehtieg, il-Kumitat tad-M.S.S.S.C., wara konsultazzjoni mal-U.K.A.M., jista' jbiddel dawn ir-regolamenti. Il-partecipanti jinzammu nfurmati b'kull tibdil li jista' jsir. | |||||||||||||||||||||||||||
| 27. | Kull partecipant jista' jiehu sehem darba biss fil-kategorija rispettiva tieghu/taghha. | |||||||||||||||||||||||||||
| 28. | F'kaz ta' punti ndaqs jirbah minn ikollu l-ghola puntegg minn xi gurat partikolari. | |||||||||||||||||||||||||||
|
Organizzaturi |