MALTA SHIPYARDS SINGERS' CONTEST
Propju kien l-ispirtu filantropiku li mbuttana sabiex nibdew dan is-sit. Il-MSSSC bhalissa jibda l-preparamenti sabiex itella l-Malta Shipyards' Singers' Contest. Dan il-Konkors jigi organizzat b'rizq u fir-Razzett tal-Hbiberija ta' Wied il-Ghajn u huwa miftuh ghall-kantanti Maltin u Ghawdxin li jkantaw kanzunetti miktuba minn awturi u kompozituri lokali. Din is-sena tahbat id-19 il-Edizjoni fejn jekk immorru lura ghall-origini ta' dan il-konkors insibu li l-ewwel edizzjoni saret fl-1990. Dan jurina li dan il-Konkors huwa fost l-aktar li ilhom stabbiliti go pajjizna. Permezz ta' dan il-Konkors, id-dirigenti ta' Ir-Razzett tal-Hbiberija diga' nghataw is-somma ta' 54219 Ewro [Lm23270] (erba' u hamsin elf mitejn u dsatax il Ewro)
Dan il-festival ghandu tlett ghanijiet jew aspetti principali:
Filantropiku:
Kull esponent, kemm jekk organizzatur [flimkien mal-management tat-Tarznari], kantant, genituri, jew sponsor, kulhadd jahdem b'ghan wiehed jigifieri dak li jigbor somma flus li tmur bhala ghajnuna ghar-Razzett tal-Hbiberija. [Il-flus jingabru billi l-parrtecipanti jhallsu registrazzjoni zghira, l-isponsors jghatu donazzjonijiet jew voucher li dawn ta' l-ahhar jigu raffled]. Fil-fatt din-l-istituzzjoni diga hadet aktar minn 54200 Ewro [Lm 23270]
Promozzjoni ta' talent lokali
Dan il-festival serva bhala palk ghal hafna kantanti diga stabbiliti fix-xena lokali li sa minn eta' zghira kienu jiehdu sehem f'dan il-festival u fl-istess waqt jghatihom l-opportunita' jghinu lil haddiehor.
Solidarjeta'
Sabiex juri li l-haddiem tat-Tarznari huwa konxju mill-htigiet ta' nies bi bzonnijiet specjali . Dan l-aspett ma ghandu bzonn l-ebda spjegazzjoni ghax jitkellem ghalih wahdu. Il-haddiem tat-Tarzna ghandu lat uman go fih ukoll.
Dan il-festival generalment ikun imqassam f'hames kategoriji skond l-eta' u jiddependi wkoll mill-applikazzjonijiet:
(A) Kantanti li jkollhom 5 snin, izda ma jkunux ghalqu 8 snin.
(B) Kantanti li jkollhom 8 snin, izda ma jkunux ghalqu l-10 snin.
(C) Kantanti li jkollhom 10 snin, izda ma jkunux ghalqu t-12 il-sena.
(D) Kantanti li jkollhom 12 il-sena, izda ma jkunx ghalqu l-15 il-sena.
(E) Kantanti minn 15 il-sena l-fuq.
Dan il-konkors isir fuq zewg serati fejn il-partecipanti jkollhom opportunita' li jidhru darbtejn fuq il-palk. Minn l-ewwel serata jinghazlu 8 kantanti f'kull kategorija li jergghu ikantaw fil-finali. Fl-ewwel serata kull partecipant jinghata memento ta' partecipazzjoni, filwaqt li fil-finali li ssir ghall-apert fir-Razzett tal-Hbiberija stess jinghataw trofew lil l-ewwel, it-tieni u t-tielet klassifikati, filwaqt li l-kompozitur u l-awtur tal-kanzunetta li tigi fl-ewwel post ta' kull kategorija jinghataw ukoll memento. Il-finalisti l-ohrajn jinghataw memento ukoll. Dan il-konkors huwa regolat b'sett ta' regolamenti u jkun hemm ukoll rapprezentanza tal-UKAM kemm fl-ewwel fazi kif ukoll fil-finali.