CIRKULARI

Nizzel kopja ghal fuq il- kompjuter tieghek

 

Id- Dsatax il- Edizzjoni (Is- Sibt, 12 TA' Lulju 2008)

Il-Malta Shipyards Sports & Social Club sejjer jorganizza id-dsatax il-edizzjoni tal-Malta Shipyards Singers' Contest - Konkors ghall-kantanti Maltin u Ghawdxin - li jsir b'rizq u fir-Razzett tal-Hbiberija, Wied il-Ghajn.  Dan huwa centru ta' rikrejazzjoni u terapija ghall-persuni bi bzonnijiet specjali.  Permezz ta' l-organizzazzjoni ta' dan il-Konkors, filwaqt li l-kantanti qed jinghataw opportunita' ohra biex juru t-talenti taghhom,  id-Dirigenti tar-Razzett tal-Hbiberija, s'issa, inghataw is-somma sabiha ta' 54205 Ewro

Dan il-konkors generalment isir fuq zewg serati, l-ewwel wahda fejn ser jintaghzlu 8 finalist minn kull kategorija ser issir nhar l-Gimgha 6 ta' Gunju 2008 u dik finali ser issir is-Sibt, 12 ta' Lulju 2008.  F'dan il-konkors jigu nterpretati kanzunetti miktuba  minn awturi u kompozituri mill-gzejjer Maltin.  Il-kanzunetti mhux bilfors li jkunu godda, izda  ma jridux ikunu gew interpretati fit-tmintax il-edizzjoni (2007) tad-Malta Shipyards Singers' Contest [ara lista mehmuza].

Il-Konkors huwa miftuh ghal hames kategoriji ta' kantanti:-

  (a) 5 sa' 7 snin;
  (b)

8 u 9 snin;

  (c) 10 u 11 il-sena;
  (d) 12 sa' 14 il-sena;
  (e) 15 il-sena l-fuq.

Jinghata memento lill-partecipanti kollha minn kull kategorija ta' l-ewwel serata u lill-ewwel tlett kantanti kklassifikati f'kull kategorija u tifkiriet lill-kantanti l-ohra li jiehdu sehem fil-finali tal-Konkors.  Barra minhekk tinghata tifkira lill-kompozituri u lill-awturi tal-kanzunetti rebbieha ta' kull kategorija.

Ghal aktar dettalji tista' tikkuntattja lil F. Muscat [23992280], N. Mifsud [23992350] jew N. Balzan [23992069] waqt il-hinijiet tal-ufficcju.

L-applikazzjonijiet jintlaqghu biss sal-Gimgha, 11 ta' April 2008.

Insellu Ghalik
Il-Kumitat Organizattiv
 
Addendum
Il-kumitat organizattiv tal-Malta Shipyards Singers Contest fi hdan il-Malta Shipyards Sports and Social Club qieghed f'tahdidiet ma' stazzjonijiet tat-TV lokali sabiex jara hemmx possibilita' li l-Festival jigi rrekordjat u mxandar fuq it-TV f'data ohra li tigi miftiehemha bejn l-organizzaturi ta' l-imsemmu festival u id-diretturi tal-istazzjon li mieghu ikun intlahaq ftehim.