Attivitajiet Socjali |
1. Kompetizzjoni
tal-inbid
Il-Malta Shipyards Sports & Social Club kull sena jorganizza Wine Tasting
Competition. F'din il-kompetizzjoni li generalment issir f'Novembru jistghu
jiehdu sehem dawk il-haddiema tat-Tarzna u hbieb taghhom li huma dilettanti
tal-ghasir tal-gheneb
Isiru xewg kompetizzjonijiet separati ghall-inbid tal-gheneb:- ABJAD (White
Dry), u AHMAR (Red Dry) u minn din is-sena zdiedet ukoll wahda ghal inbid Rose'.
Kull kompetitur jista' jikkompeti b'zewg kampjuni f'kull kategorija. Il-Club
jipprovdi b'self fliexken u kapsuni [ghal raguni ta' simetrija] biex jintuzaw
fil-kompetizzjoni u il-kampjun/i jingieb/u dak in-nhar stess tal-kompetizzjoni
fis-sala fejn tkun ser issir il-kompetizzjoni.
Jinghataw trophies lill-ewwel tlett kompetituri kklassifikati f'kull kategorija.
Ir-rebbieha jithabbru fi tmiem il-kompetizzjoni.
Waqt li l-gurija tkun ghaddejja b'xogholha ikun hemm ukoll finger food u drinks
ghal min jattendi.
2. Party tat-Tfal
Il-Kumitat huwa konxju kemm il-membri ghandhom ghal-qalbhom din l-attivita' u sa
kmieni qabel il-Milied jibdew il-preparazzjonijiet li jinkludu fost ohrajn
il-kiri tas-sala, xiri ta' gugarelli wara li ssir ghazla li tkun immirata sabiex
tolqot il-gosti kurrenti tat-tfal, entertainment waqt l-attivita', insomma
kollox sabiex nghatu gost lit-tfal taghna. Waqt li jkun ghaddej il-party ikun
hemm servizz ta' bar ghal genituri u xi paztizz ma jonqosx ukoll.
3. Ikla tal-Milied ghall-Membri, l-hbieb u l-familjari taghhom
Hawnhekk il-Club huwa konxju kemm din hija attivita' tinzel tajjeb ma kulhadd
wara s-success miksub f'dawn l-ahhar tlett snin u dan ghax offrejna serata
sabiha f'wahda mill-ahjar lukandi f'Malta fejn dawn ghamlu minn kollox sabiex
ikollna serata memorabbli kif wiehed jistenna minn lukanda ta dan il-kalibru bi
prezz tajjeb hafna u fuq kollox issussidjat kemm mill-Klabb u mit-Tarzna stess.
Ta' min jghid ukoll li jiddispjacina li din is-sena kellna niddaizappuntaw li xi
whud li gew fl-ahhar sabiex jibbukkjaw meta kellna s-sala mimlija.
4. Is-Souvenir ghall-Membri
Minn meta saret l-amalgamazzjoni bejn it-Tarznari, l-membri taghna saru jkunu
qed jistennew dan l-appuntament u din is-sena xejn anqas ghax intaghzel
is-souvenir li gie apprezzat minn kulhadd. Nistghu nghidu wkoll li tant halla
impatt posittiv, li kellna numru mhux hazin ta' applikazzjonijiet godda. Din is-sina
tajna toolkit zghir li qieghed go kontenitur li jghamlu tassew prattiku kemm
ghall-uzu fid-dar jew fil-karozza.