DWAR L-GHAQDA

Il-Malta Shipyards' Sports & Social Club [MSSSC] gie mwaqqaf fl-2005 wara li nghaqdu flimkien dawk li qabel kienu maghrufa bhala id-Drydocks Sports & Social Club (1962 - 2004) u l-Malta Shipbuilding Company Limited Sports & Social Club (1988 - 2004).

Ghal din l-okkazjoni kien intuza dan il-logo li hawn taht fejn fuq ix-xellug hemm il-logo tal-Malta Shipbuilding Company Ltd Sports & Social  u fuq in-naha l-ohra hemm il-logo tad-Drydocks Sports & Social Club.  Ghal din l-okkazjoni il-haddiema membri inghataw memento specjali.

 Wara li saret l-ghaqda l-Kumitat elett beda jahdem fuq diversi inizzjattivi interessanti u principali fuq l-agenda kien hemm t-tnedija ta' logo gdid li kien gie inawgurat f'Settembru tal-2005.

 Il-logo il-gdid juri pruwa ta' vapur li tindika l-linja principali ta' xoghol fit-Tarznar.  Il-linji hodor huma l-baciri, bil-linji kohol jirraprezentaw l-element tal-bahar.  L'isfera dehebiena hija t-tezor tat-Tarznar jigifieri l-haddiema u fl-istess hin turi wkoll l-aktar element uzat f'dak li huwa sport jigifieri l-ballun.

 L-ghanijiet ta' dan il-klabb jigifieri L-Malta Shipyards' Sports & Social Club [MSSSC] huma: